Raġel ta’ 56 sena minn Birżebbuġa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Ħaddiem, meta r-raġel waqa’ madwar tliet sulari għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-fabbrika.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.