Raġel ta’ 45 sena residenti Santa Venera qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ milqut minn vettura tat-tip Peugeot 107 li kienet qegħda tiġi misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti n-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00, Triq Dun Karm, Birkirkara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.