Illum għall-ħabta tas-siegħa u kwart seħħ inċident stradali fi Triq il-Panoramika, Ħad-Dingli.
Raġel ta’ 42 sena residenti l-Pieta’ li kien qiegħed isuq fid-direzzjoni ta’ Ħad-Dingli tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha u waqa’.
Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.