Għall-ħabta ta’ 11.50a.m. inċident fil-Mosta bejn Karozza tat-tip smart, misjuqa minn mara ta’ 34 sena mill-Mosta ħabtet ma’ mutur Yamaha misjuq minn ġuvni ta’ 27 sena min-Naxxar. Il-mara ma sofriet ebda ġrieħi. Ir-raġel ittieħed l-isptar fejn aktar tard ġie stabbilit li sofra minn ġrieħi gravi.