Ilbiereħ għall-ħabta tat-tlieta neqsien għoxrin ta’ waranofsinhar, issejħet l-għajnuna tal-Pulizija fit-Triq Fuq Verdala, Bormla.
Mara ta’ 72 sena, residenti Bormla, waqgħet mal-art minħabba problemi tas-saħħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ġewwa l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għadejja.