Il-plejer ta’ Manchester United, Mason Greenwood ta’ 20 sena nżamm arrestat fuq akkużi ta’ stupru u vjolenza fuq it-tfajla tiegħu.
Il-Pulizija ta’ Manchester qalet li estendiet l-arrest tagħha, wara li Greenwood ġie arrestat il-Ħadd li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal kif il-Maġistrati taw it-tieni estensjoni tal-arrest sal-Erbgħa.
Mason Greenwood ġie sospiż mit-tim ta’ Manchester United il-Ħadd li għadda u ntqal kif it-tim Ingliż jikkundanna kull tip ta’ vjolenza.