GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Qormi Daikin bdew bl-aqwa mod possibbli l-impenji tagħhom fil-kampjonat nazzjonali tal-hockey meta rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom.
Qormi Daikin għelbu liċ-champions Floriana Young Stars 5-1.
Julian Zahra kien il-protagonista prinċipali għal Qormi meta skorja erba’ gowls b’Luke Bajada li żied ieħor.
Mark Camilleri naqqas il-marġni tal-iskor għal Floriana Young Stars.
Umpires kienu Alessandro Amore u Paul Brincat.
Il-kontendenti għat-titlu GREE Żurrieq Wolves Hotsticks ixxalaw u għelbu lil White Hart 13-1.
Stefano Schembri skorja tripletta għaż-Żrieraq filwaqt li Benjamin Johnson u Christ Agius kienu awturi ta’ doppjetta. Silas Plaehn, Gary Bonnici, Keith Scicluna, Carmine Francese, Niki Runza u Kurt Bonnici wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Matthew Buhagiar skorja l-uniku gowl għal White Hart.
Umpires kienu Paul Brincat u Keith Calleja.
Tliet gowls ta’ Jayden Cutajar u gowl ieħor David Vella Dingli għen lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jegħlbu lil White Hart 4-0 fil-Hockey 7s.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Karl Chircop.
Finalment mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 3-1.
Wayne Magri, Giorgio Muscat u Neil Spiteri Montebello skorjaw għal Qormi b’Alessandro Piscopo li naqqas l-iskor għall-Iskalin.
Umpires kienu Alessandro Amore u Dario Cacopardo.