Minn tal-inqas żewġ persuni Griegi tilfu ħajjithom traġikament wara li ajruplan li kien qed jintuża mill-protezzjoni ċivili fil-Greċja tilef kontroll u waqa’.
Skont il-midja lokali fil-Greċja rrappurtat li l-inċident bl-ajruplan tat-tip CL 415, seħħ fir-raħal ta’ Karystos, fil-gżira ta’ Evia, viċin il-kapitali Ateni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif il-ħaddiema tat-tifi tan-nar bdew jikkumbattu n-nirien qawwija fil-Greċja, kawża tas-sħana qawwija li qed tolqot lir-reġjun tal-Mediterran.