L-awtoritajiet tas-saħħa fil-Greċja approvaw ir-raba’ tilqima għal kontra l-Covid-19, għal dawk li għandhom l-immunità baxxa u dawk l-aktar vulnerabbbli.
L-awtoritajiet Griegi qablu li din it-tilqima għandha tingħata bejn tlett u sitt xhur mindu wieħed ikun ħa t-tielet doża.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Greċja għamlet it-tilqim mandatorju għal dawk li għandhom ’il fuq minn 60 sena. B’dawk li ma jibbukkjawx appuntament għall-vaċċin sa nhar il-Ħadd li ġej, se jkollhom iħallsu multa ta’ €100 fix-xahar.