Nies qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għadhom ma jistgħux jifhmu kif Bernard Grech, wasal sabiex spiċċa jiġbor il-flus mingħand in-nies għall-kampanja elettorali biex jieħu post Delia.
Bernard Grech, huwa ż-żiemel tal-fazzjoni Busuttil, u tal-għaqdiet Occupy Justice u Repubblika.
Il-Ħamis huwa nhieda kampanja ta’ ġbir ta’ fondi, sabiex jiġbor il-flus mingħand in-nies bil-għan li jirbaħ lil Delia. F’intervista li kellu fuq il-midja nazzjonalista, Grech kompla jitkarrab għal fondi.
Grech qal, “22,000 ewro mill-ftit tan-nies, ta’ kulħadd.”
Sorsi qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qalu li ma jistgħu jifhmu kif Bernard Grech spiċċa jiġbor mingħand in-nies. Ma jistgħux jifmhu lanqas għalxiex se juża dawn il-flus.
Minħabba l-imxija, fil-kampanja għal Kap Nazzjonalista ma jistgħux jiġu organizzati attivitajiet tal-massa, bħal riċevimenti kbar.
Is-sorsi qalulna li dawk ta’ delia jinsabu irrabjati ferm kif in-nies ta’ Bernard Grech tefgħu lil Delia taħt investigazzjoni wara li kien qed juża l-fondi tal-Partit Nazzjonalista sabiex jippubblika materjal fuq Facebook, sabiex jippromovi aktar lilu nifsu.
Sabiex issa Bernard Grech qed ikun hu li jmur jiġbor il-flus mingħand in-nies biex jiffanzjawlu l-kampanja tiegħu.