F’intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech inqabad fuq sieq waħda meta mistoqsi x’inhuma l-pjani tiegħu fis-settur tal-enerġija.
Mistoqsi mill-preżentatur tiegħu, wieġeb hekk.
Fl-istess ħin baqa’ jiddefendi d-deċiżjonijiet ta’ żmien l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi meta art daqs is-Siġġiewi mifruxa madwar il-pajjiż ingħatat għall-iżvilupp.
Żvilupp li beda jintalab permess fuqu tul il-medda ta’ żmien.
Din kienet it-tieni darba f’ġurnata waħda li Grech iddefenda l-legat ambjentali tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-eks Ministru George pullicino, li l-aġir tagħhom kien wassal għal protesti kbar.
Fil-programm ġie ssuġerit lilu li l-pajjiż huwa marid u Bernard Grech immedjatament qabel u qal li din jgħiduha diversi.
Fil-programm Bernard Grech beda jsib kull skuża għan-nuqqas ta’ fiduċja fih u attakka lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku.
Skont hu dawn iridu xogħol fis-settur pubbliku biex ma jaħdmux.