Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ordna diżubbidjenza fil-Parlament. Hu ddikjara li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkun diżubbidjenti fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż wara li l-Ispeaker ta deċiżjoni oħra li m’għoġbitx lill-Oppożizzjoni.
Qed niddikjara li l-Oppożizzjoni mil-lum se tkun qiegħda twettaq diżubbidjenza Parlamentari.
Bernard Grech, Kap tal-OppożizzjoniREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Oppożizzjoni attakkat lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u qed tordna li jirriżenja.
F’ruling li ta, l-Ispeaker ma laqax talba tal-Oppożizzjoni u kien hawn li Grech din id-darba, flok ħareġ ’il barra mill-Parlament kif għamel it-Tnejn li għadda, ordna diżubbidjenza mid-deputati tiegħu kollha.
Bernard Grech attakka lill-Ispeaker nhar it-Tnejn li għadda f’attività Nazzjonalista f’Ħaż-Żebbuġ.
Qal li l-Ispeaker donnu ma fehemx.
U l-Ispeaker donnu ma fehemx.
Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni
Issa b’dan l-iżvilupp ta’ diżubbidjenza Parlamentari, Bernard Grech irid li d-deputati Nazzjonalisti jonqsu mir-responsabbiltajiet Parlamentari li għandhom.
Din mhux l-ewwel darba li l-Kap tal-Oppożizzjoni attakka lill-Ispeaker, partikolarment fuq rulings li ma daqqewlux għal widnejh.