Mistoqsi għaliex din is-sena m’għamilx dokument ta’ qabel il-baġit, kif il-Partit Nazzjonalista ilu jagħmel sa minn żmien Simon Busuttil, Bernard Grech staqsina biss jekk tas-sena l-oħra kienx bil-Malti jew bl-Ingliż.
Fil-fatt, ftit minuti wara li nqara l-Baġit għas-sena d-dieħla, mistoqsi jekk dan ifissirx li l-Partit Nazzjonalista mar mill-ħażin għall-agħar, Bernard Grech wieġeb biss hekk.
Qal, “Tiftakar jekk kienx bl-Ingliż jew bil-Malti s-sena l-oħra l-pre budget tagħna?”
Dak il-Pre-Budget kien bl-Ingliż u żbalji kellu kemm trid, tant li anke l-midja indipendenti kienet iddeskrivietu bħala ‘mess’ u mimli tgerfix.
Fil-fatt, minbarra l-iżbalji li kellu, bosta kienu innotaw anke l-miżuri kkopjati li kien jinkludi mill-imsieħba soċjali.
Iżda, mistoqsi jekk kienx għalhekk li din id-darba m’għamlux, qalilna biss li “l-Baġit hu relevanti.”
Qal, “Il-Baġit huwa relevanti.”
Sadanittant lill-Kap Nazzjonalista staqsejnih ukoll għaliex ibbojkottja l-ftehim storiku mal-imsieħba soċjali dwar il-paga minima nazzjonali biex minn Jannar li ġej tiżdied b’€21 fil-ġimgħa.
L-imsieħba soċjali qablu l-Erbgħa u ffirmaw is-Sibt, iżda, Grech ma marx mingħajr ebda raġuni valida.
Qal, “Ovvjament jiena, bla dubju, nattendi kull fejn inkun nista’ nattendi.”
Meta fl-2017 kien iffirmat ftehim simili, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien attenda.