Gideb, aggressività, għajjat u attakki kontra kull min ġie f’ilsienu.
F’diskors li għamel waqt protesta quddiem Kastilja, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jippersisti fil-gideb dwar azzjonijiet li l-Gvern ħa diġà fejn fittex lil Steward Healthcare quddiem arbitraġġ internazzjonali.
Grech kompla wkoll bil-gidba tal-€400 miljun.
Il-Kap Nazzjonalista nfexx jattakka lill-Prim Ministru filwaqt li pponta b’subgħajh lejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Isteriku quddiem il-partitarji Nazzjonalisti u esponenti tal-establishment li kienu preżenti, Grech żied fid-doża t’għajjat.
Fid-diskors spikkat in-narrattiva tal-establishment u ta’ Simon Busuttil.
Imbagħad ma qagħadx lura jattakka l-istituzzjonijiet li skontu ma jdoqqux id-diska tiegħu.
Qabel Bernard Grech tkellem l-eks Kap Adrian Delia, li filgħodu kellu n-nies tiegħu jwaħħlu l-banners forma ta’ botti lejn Bernard Grech.
Delia qal li bdiet il-gwerra.
Fid-diskors ta’ Grech spikkaw għal aktar minn darba dikjarazzjonijiet li jrid jgħid tiegħu biss.
Grech jattakka l-istituzzjonijiet u jigdeb biex isalva postu – ONE