Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech mar jindirizza konferenza tal-aħbarijiet wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet minflok mar fil-Parlament biex jiddibatti dan ir-rapport fuq talba tal-Gvern.
Fl-istess binja tal-Parlament, Bernard Grech spiċċa jmeri dak li qal l-Awditur Ġenerali, u qal li l-Gvern ħallas iżjed minn €400 miljun lil Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare. Fil-fatt, ir-rapport tal-Awditur Ġenerali mhux biss giddeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni iżda juri biċ-ċar li l-Gvern ħallas f’pagi tal-ħaddiema fl-isptarijiet inkwistjoni kważi n-nofs ta’ dak li ngħata lill-Vitals u Steward.
Fil-fatt kienu aktar minn €188 miljun li ngħataw f’pagi għal servizzi tas-saħħa.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, kompla jispikka l-aġir tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, billi filwaqt li l-Oppożizzjoni baqgħet tirrifjuta li tiddibatti r-rapport tal-Awditur Ġenerali li jgiddeb l-argumenti tagħha, infexxet f’tgħajjir u attakki lejn il-Prim Ministru Robert Abela.
Fil-fatt, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ftaħar biss li huwa fetaħ denunzja biex jitfa’ lill-Prim Ministru l-ħabs.
Intant imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni mar fil-Parlament u ried iqum jitkellem wara li tkellem il-Prim Ministru, anki jekk l-ewwel fixkel kemm felaħ.
Spikkaw l-attakki tiegħu u li jrid jgħid tiegħu biss.