Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li ma biddilx il-pożizzjoni tiegħu dwar il-liġi fl-użu responsabbli tal-kannabis.
Huwa qal dan it-Tnejn filgħaxija fil-Parlament.
Konxju tar-reazzjonijiet negattivi fid-dawl tal-farsa li għamel b’rabta mal-kannabis u li dehru fost oħrajn fil-gazzetti indipendenti fosthom il-MaltaToday u l-Independent, Bernard Grech qal hekk: “U le, u le l-PN mhux ibiddel il-pożizzjoni tiegħu.”
Madankollu din id-dikjarazzjoni kif irrimarkaw il-gazzetti indipendenti stess, tgiddeb lill-Grech innifsu li madwar xahar ilu pprova jieħu l-mertu għall-proposta tal-Gvern.
Intant Bernard Grech tul id-diskors tiegħu ma felaħx ma jitgħajjarx: “Għalhekk nerġa’ ngħidilkom, intom Gvern li jinten.”