Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech mar jitkellem fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista biex jgħawweġ il-fatti dwar il-konklużjonijet tal-Kunsill Ewropew.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista, fejn ġie sostnut li missu qal il-Kap tal-Oppożizzjoni hu li mar Brussell jindiegħes u jipprova jieħu r-ritratti ma’ min hu ffokat biex jippromwovi l-gwerrra u ma lissinx imqar kelma waħda fuq il-pożizzjoni ta’ Malta newtrali jew favur il-paċi.
Intqal li dan minbarra li għadu ma ħariġx kontra l-pożizzjoni tal-kandidati għall-MEP tal-Partit Nazzjonalista li lesti jibgħatu lil uliedna f’armata Ewropea.
Il-Partit Laburista temm jgħid li b’kuntrast il-Prim Ministru mar Brussell biex fil-Kunsill Ewropew innegozja favur pajjiżna u għamel dan b’suċċess.