Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jħawwad fuq il-miżuri tat-traffiku li tħabbru mill-Gvern fl-aħħar ġimgħat.
Waqt li kien intervistat minn Peppi Azzopardi fil-Pjazza tal-Mosta, l-Kap Nazzjonalista stqarr li dawn il-miżuri m’humiex tajbin imma fl-istess nifs pprova jieħu l-mertu wkoll għax skontu huma kkupjati.
Fil-Mosta, l-ewwel Grech attakka l-miżuri billi qal hekk.
“Hija miżura ‘in the right track’ imma m’hijiex tajba biżżejjed.”
Ftit minuti biss wara Grech iddikkjara l-istess miżuri li kien qed jattakka, li huma miżuri kkuppjati mingħandu.
“Għax ikkuppjata għax ħa minn fuq tagħna.”
Dan id-diskors huwa simili għal dak li għamel lejn l-aħħar ta’ Marzu fil-Kalkara.
“Irrealizzajna li xi wħud minnhom ilna ngħiduhomlu u nagħtuhomlu fuq platt aħna.”
Iżda fil-Mosta ftit wara li ddikkjara li l-Gvern qed jikkoppja minnu reġa’ kompla bl-attakki tiegħu.
“Dawn il-miżuri m’humiex tajbin biżżejjed.”