Meta l-Parlament kompla jiddiskuti fit-Tieni Qari l-emenda fil-Kodiċi Kriminali maħsuba biex tipproteġi lill-omm u l-professjonisti mediċi meta jkun hemm kumplikazzjoni fit-tqala li tipperikola b’mod gravi ħajjet jew saħħet l-omm, tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech.
Minkejja l-ispjegi kollha li ngħataw dwar l-emenda, huwa kompla bil-kampanja tiegħu biex jagħti l-impressjoni li, b’din l-emenda, se jkun qed jidħol l-abort.
Il-Partit Laburista qal li d-diskors li għamel illejla l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament dwar l-emenda proposta għall-Kodiċi Kriminali mhux biss kien wieħed kontradittorju, konfuż, u mibni fuq il-qerq, iżda kien ukoll diskors insensittiv ta’ min reġa’ wera li mhux kapaċi jeleva ruħu mill-partiġġjaniżmu biex jitkellem dwar suġġett daqstant sensittiv.