Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Prim Ministru Robert Abela għamlu l-ewwel indirizzi tagħhom tal-budget bħala mexxejja tal-akbar żewġ partiti fil-Parlament Malti.
Skont il-ġurnalist veteran Peppi Azzopardi, fl-ewwel diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela għamel diskors ta’ serħan il-moħħ fi żmien li suppost iġib miegħu inċertezzi kbar.
Azzopardi qal: “Bħala kontenut kienet mixja ta’ dawn ix-xhur li għadda u kienet ħaġa tajba li tkellem dwar l-istejjer tan-nies u indika li malli tarah tgħid din il-pandemija u hemm daqshekk suċċess ekonomiku. F’dan is-sens kien konvinċenti u ta’ serħan il-moħħ.”
Fl-istess waqt, id-Direttur Maniġerjali tal-MediaToday Saviour Balzan stqarr li fid-diskors tiegħu Dr. Abela
Balzan stqarr: “Tjieb immens f’dak li għandu x’jaqsam mad-direzzjoni ma’ focus, il-budget huwa wieħed li hemm tama f’sitwazzjoni diffiċli mmens.”
Mhux l-istess jista’ jingħad għall-ewwel replika moqrija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Azzopardi sostna: “Naħseb li ma kienx hu biżejjed. Instema’ qisu qassis li qed jagħmel prietka ta’ sagħtejn. Mhux ċajta.”
Azzopardi stqarr ukoll li ma fehemx x’ried ifisser Grech fid-diskors tiegħu: “Bqajt ma nistax nifhem għax sejjaħlu budget virtwali, ma fhimtiex.”
Balzan ikkritika wkoll li f’diskors ta’ sagħtejn, il-Kap Nazzjonalista kkritika budget li f’dawn iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom kien wieħed tajjeb.
Huwa qal: “Ma kien hemm xejn li tgħid ejja, xegħlu erba’ bozoz u anka l-element ta’ kważi ejja nikkritika biex nikkritika l-budget meta fiċ-ċirkostanzi huwa budget tajjeb anki f’temi ekonomiċi, ta’ saħħa, eċċ eċċ.”
Għal dan il-għan, Balzan sab kelma sabiex iddeskriva l-ewwel diskors replika ta’ Bernard Grech.
Huwa ddeskrivieh: “Kien diskors fjakk, sfortunatament fjakk.”