“Grazzi tal-imħabba li dejjem tajtni, ma niflaħx nikteb, waqqaftli ħajti ħabib. Bid-dmugħ iqattar niktiblek dan, dalgħodu ħadt l-akbar xokk li qatt stajt nieħu u dan tafu…M’għandix ħabib li nħobb bħalek u dan tafu inti”
Din hija r-reazzjoni ta’ Noel Cutajar, wieħed mill-ħbieb tal-qalb ta’ Joseph Ellul, li b’xorti ħażina dalgħodu tilef ħajtu f’inċident fuq il-post tax-xogħol, għaxart ijiem qabel jum miliedu.
Imnikket, Noel kiteb eloġju biex isellem il-memorja ta’ Joseph fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, wara li sema’ bl-aħbar.
Fakkar f’messaġġ li kellhom bejniethom, fejn esprima d-dieqa tiegħu li tilef ħabib sinċier.
Fl-aħħarnett, huwa sellem lil sieħbu u tah il-mistrieħ ta’ dejjem filwaqt li talbu jħarsu u jibqa’ jiggwidah f’ħajtu.
Il-messaġġ ta’ Noel ma kienx l-uniku wieħed, hekk kif bosta Xlukkajri kif ukoll ħbieb u qraba esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ dak deskritt bħala raġel fuq l-irġiel.