Fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku, ġie ppubblikat filmat b’rabta mal-Milied ta’ din is-sena li jenfasizza l-importanza tal-kelma grazzi għall-ħaddiema diversi li jagħmlu parti mis-Servizz Pubbliku.
Fil-filmat, fil-fatt, jiġu rrakkontati numru ta’ stejjer li juru x-xogħol siewi tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u li għalihom il-kelma ‘grazzi’ hija l-isbaħ rigal li jistgħu jirċievu għad-dedikazzjoni tagħhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Permezz tal-istess filmat is-Servizz Pubbliku wassal ukoll l-awgurju tiegħu għall-ħaddiema li jiffurmaw parti minnu u li ta’ kuljum jagħtu s-servizz tagħhom lill-poplu Malti u Għawdxi.
Tista’ ssegwi l-filmat hawn taħt.