Hekk kif b’mod drammatiku il-Ġappun inqalgħu mit-Tazza tad-Dinja mill-Belġju b’gowl fl-aħħar għaxar sekondi tal-partita, miljuni ta’ partitarji minn madwar id-dinja irrispettivament mit-tim li jżommu miegħu esprimew id-dispjaċir tagħhom li nqalgħu mill-kompetizzjoni b’daqshekk mod kiefer.
Minbarra il-logħob attraenti li jagħti battikata lil kull avversarju, il-Ġappuniżi serqu l-qlub ta’ ħafna għal kultura ta’ ħlewwa u dixxiplina li urew, b’ħafna ritratti u filmati iduru fuq il-midja soċjali ta’ partitarji Ġappuniżi inaddfu l-istadia wara kull partita fejn kienu qed isegwu lil benjamini tagħhom. Din kompliet ukoll ilbieraħ minkejja l-eliminazzjoni.
L-istess sar fiċ-changing room fejn kienu il-Ġappuniżi lbieraħ. Din tħalliet pupilla u tħalliet ukoll nota ħelwa lil ospitanti Russi – il-kelma grazzi miktuba bir-Russu.