Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-valur tal-ugwaljanza mhux wieħed relattiv u ma nistgħux inkunu favur tip ta’ ugwaljanza u fl-istess waqt nittitubaw jew inkunu kontra oħrajn.
Dr Muscat qal dan waqt il-ftuħ tal-laqgħa tal-kapijiet tal-Gvernijiet imsieħba fil-Commonwealth magħrufa bħala CHOGM li bdiet biċ-ċerimonja tal-ftuħ f’Buckingham Palace f’Londra. (NINKLUD PARTI MILL-FTUH TAĊ-ĊERIMONJA)
Waqt li Malta temmet perjodu ta’ sentejn u nofs li matulhom kienet Chair in Office tal-Commonwealth, il-Prim Ministru ffoka d-diskors tiegħu fuq it-tema ċentrali tal-ugwaljanza.
“I will not list the achievements and the works in progress. Instead, I would rather conclude our term by touching upon a central theme we addressed during our meeting in Valletta, that of equality.”
Il-Prim Ministru saħaq li flimkien, il-pajjiżi tal-Commonwealth iġġieldu bi kburija għall-ugwaljanza fost razez differenti u fi żmien meta l-ugwaljanza ma tistax tittieħed kif ġieb u laħaq.
“That is a feather in our cap. But we have to remind ourselves that equality is not a relative value. We cannot be in
favour of one type of equality, and ambivalent or against another.”
Dr Muscat saħaq li huwa għalhekk li Malta temmen bi sħiħ li t-tema tal-ugwaljanza fil-qasam tal-ġeneru u d-drittijiet indaqs għall-persuni LGBTIQ għadhom jibqgħu fuq nett tal-aġenda tal-Commonwealth.
F’diskors ta’ merħba lit-tnejn u ħamsin kap ta’ stat jew rappreżentanti tal-pajjiżi fil-Commonwealth, il-Prim Ministru tal-Ingilterra Theresa May irringrazzjat direttament lill-Prim Ministru Joseph Muscat għax-xogħol inkredibbli li wettaq matul dawn l-aħħar sentejn u nofs kemm dam Chair-in-offfice tal-Commonwealth.
“I WANT TO BEGIN BY EXPRESSING MY GRATITUDE TO PRIME MINISTERU MUSCAT AND HIS TEAM – THANK YOU FOR YOUR INCREDIBLE HARD WORK YOU REPRESENT A COMMONWEALTH TRUTH THAT THE SIZE OF COUNTRY DOES NOT LIMIT ITS AMBITION AND IMPACT”
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth u mir-Reġina Eliżabetta t-Tieni esprimiet ix-xewqa tagħha li binha l-Prinċep Charles ikompli x-xogħol tagħha bħala mexxej tal-Commonwealth, deċiżjoni li mistennija tittieħed il-Ġimgħa li ġej.