Quddiem folla numeruża fi Pjazza Kastilja, Gabi Calleja, l-kordinatur tal-Malta Gay Rights Movement, sostniet li l-imħabba la għandha ġeneru u lanqas orjentazzjoni sesswali.
Sostniet li ż-żmien għad irid itina raġun, li dak li qed tagħmel il-liġi llum se tkun qed iġġib aktar għaqda u ferħ.
Gabi qalet kif fil-ħrejjef dejjem smajna dwar kif iż-żwieġ hu bejn mara u raġel. Illum ġrazzi għal dan il-pass l-imħabba rebħet fuq kollox.