New South Wales Rural Fire Service – għaqda tat-tifi tan-nar fl-Awstralja – użat kartellun ta’ 21 metru f’Times Square fi New York, biex tirringrazzja l-voluntiera kollha, Awstraljani u Amerikani, li għenu fil-battalja kontra n-nirien.
In-nirien qattiela li ħarbtu lill-istat ta’ New South Wales fl-aħħar xhur, ġew iddikjarati li jinsabu kkontrollati l-ġimgħa l-oħra, u temmew l-agħar nirien fil-foresti fir-reġjun fl-istorja tal-Awstralja.
Minn tal-inqas 6 pumpiera mietu fin-nirien f’dan l-istat, inkluż tliet Amerikani.
L-għaqda tat-tifi tan-nar qalet li sabet għajnuna kbira mill-voluntiera u l-pubbliku, u riedet tirringrazzjahom bl-ikbar mod possibbli u tara li l-messaġġ jasal mad-dinja kollha.
Ritratt: NSWRFS