Il-grawnd tal-futbol ta’ Ħaż-Żabbar ingħata l-ħajja dan wara li sar xogħol ta’ manutenzjoni b’investiment ta’ €5,000.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius li żar il-grawnd sabiex jara x-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin.
Din hi aħbar li fissret ħafna għall-plejers tal-futbol li se jkunu qed jitħarrġu fl-istess grawnd.
Dan il-grawnd se jkun qed jikkumplimenta dak eżistenti fejn iż-Żabbarin se jkunu jistgħu jilgħabu fi grawnd attrezzat u iktar sigur.