Grawnd f’Birżebbuġa kien ilu mistenni għal snin sħaħ iżda kien biss fil-bidu ta’ din il-leġislatura li fl-2013 ngħata l-permess biex sa fl-aħħar jinbena.
Dan sar b’investiment ta’ €1.6 miljun u fih se jkunu qed jitħarrġu is-St.Peters Football Club u l-Birzebbugia Windmills.
Kien dan li tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn wiċċ it-tfal tan-nursery li kienu preżenti kien jixhed s-sodisfazzjon għall-fatt li sa fl-aħħar jistgħu jilgħabu fi grawnd sigur.