U fil-kontroversja dwar il-kummenti ta’ Andrew Borg Cardona fuq Ira, daħal ukoll is-sieħeb tagħha Sean Gravina li jidher li hu wkoll ma felaħx iktar il-kumment dispreġjattiv fil-konfront tal-kantanta Maltija li għalih hija wkoll l-imħabba ta’ ħajtu.
“Ngħamilha ċara li miniex fil-politika u li se nikteb hux marbu mal-politika. Setgħet ġiet minn fejn ġiet. Andrew Borg Cardona ssejjaħ lit-tfajla tiegħi bitch pubblikament, mara tqila li qed tirrappreżenta lil pajjiża. Int mistħija għall-ġurnaliżmu Malti u l-pubbliku. Int mistħija għall-umanità,” kiteb Gravina evidentament imweġġa’.
Żied li l-uniku raġun li ma ndirizzahx kif kellu jindirizzah kien minħabba Ira u żied jgħidlu li jitfa’ dawl ħażin fuq il-gazzetta li jirrappreżenta. “Kull ġurnata b’xi ħaġa,” temm jgħid Gravina l-għada li Times of Malta xandret storja dwar kemm qed jintefaq fuq id-delegazzjoni ta’ Ira.