Mara Ingliża intlaqtet minn taxi fi Triq Gianpula, limiti tar-Rabat. Kien għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra ta’ dalgħodu li l-Pulizija kienu nfurmati li kien seħħ dan l-inċident tat-traffiku.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, Ingliża ta’ 39 sena kienet intlaqtet minn taxi, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Qrendi.
Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.