Illum għall-ħabta tal-erbgħa u nofs seħħ inċident fi Triq il-Karwija, Ħal Safi.
Raġel ta’ 32 sena, li jirrisjedi ż-Żurrieq, tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu Kymco.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.