Grandpa Nelson, l-ixjeħ kelb li kien residenti għand l-Animal Welfare, issa ġie adottat.
Magħruf bħala Grandpa Nelson għall-etá tiegħu, hekk kif għandu bejn l-14 u l-15-il sena, Nelson kien ġie salvat lura f’Jannar.
Dan hekk kif kien instab bi ġrieħi fiż-żewġ saqajn ta’ wara, għadma u ġilda u mimli qamel. Hu kien instab mingħajr ebda ħeġġa biex jgħix.
Kien grazzi għal Jennifer Vella li salvatu mit-toroq bil-għan li jingħata ċans ieħor għal ħajja aħjar fejn ngħata l-kura kollha meħtieġa għand l-Animal Welfare u ngħata l-isem ta’ Grandpa Nelson.
Kien proprju wara xhur ta’ stennija li Grandpa Nelson ġie adottat minn Christa Cilia fejn se tkun qed tipprovdilu dak kollu li jistħoqqlu fl-etá tal-irtirar tiegħu.