Gran Bazaar huwa kwizz xow eċitanti, l-ewwel tal-għamla tiegħu f’Malta fejn il-parteċipanti se jimbarkaw fuq vjaġġ attraenti f’ambjent ta’ suq fejn il-ħiliet tagħhom jitqiegħdu għall-prova f’kull stadju tal-logħba
Biex jiżdied l-eċitament u d-divertiment, il-programm ser ikun mimli personalitajiet u karrattri diversi li ser ikollhom rwol importanti tul il-vjaġġ tal-parteċipanti. Il-preparamenti għall-din il-produzzjoni ġdida bdew u għalhekk jekk jinterressak dan il-programm inħeġġuk iżżur is-sit: Granbazaarshow.com
Gran Bazaar – iġġebbed biex tirbaħ, mill-iskeda l-ġdida ta’ Ottubru fuq ONE
