Grain, il-marka rinomata tal-ikel fil-lukanda ta’ 5 stilel Rosselli – AX Privilege, ikkonfermat postha fost l-aqwa ristoranti f’Malta. ‘Under Grain’ żamm l-istilla Michelin tiegħu għas-sitt sena konsekuttiva, filwaqt li ‘Grain Street’ kiseb ir-rikonoxximent Bib Gourmand tal-Michelin għar-raba’ sena. Dan l-unur jixhed id-dedikazzjoni tat-tim immexxi minn Victor Borg, li b’approċċ raffinat jiggarantixxi esperjenza kulinarja eċċellenti. Il-Guide Michelin, l-iktar unur prestiġjuż fid-dinja kulinari, jevalwa ristoranti skont il-kwalità tal-ikel, it-teknika, u l-esperjenza ġenerali; fatt li jagħmel is-suċċess ta’ Grain saħansitra aktar impressjonanti.

Claire Zammit Xuereb, Direttur tal-Ospitalità ta’ AX Hotels, faħħret ix-xogħol tat-tim u sostniet li dawn l-istandards għoljin jirriflettu impenn u innovazzjoni kontinwa. Is-Senior General Manger ta’ Rosselli – AX Privilege, is-Sur Callus, tenna li ż-żewġ ristoranti rikonoxxuti mill-Michelin taħt saqaf wieħed huma prova ta’ eċċellenza.
Chef Victor Borg, flimkien mal-Executive Sous Chef Brady Dalli, il-Maniġer ta’ Under Grain Christie Jocson, is-Sommelier Maurizio Severgnini, u l-Maniġer tas-Servizz tal-Ikel u x-Xorb Andre Pici, ikomplu jimbuttaw il-konfini tal-gastronomija. Borg enfasizza li ż-żamma tal-istilla Michelin għal sitt snin hija prova tal-passjoni u l-impenn tal-ekwipaġġ biex joħloq esperjenzi kulinari uniċi.
Grain Street jibqa’ destinazzjoni favorita għall-ikel, b’platti Mediterranji f’ambjent rilassat iżda raffinata. Bil-manteniment tar-rikonoxximent Bib Gourmand tal-Michelin, ikompli joffri kċina ta’ kwalità għolja bi prezz tajjeb, u jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Grain bħala punt ta’ referenza fil-kċina Maltija.
