Sarah Tough, tfajla ta’ 25 sena spiċċat qalet xebgħa wara li pruvat twaqqaf grupp ta’ żgħażagħ milli joqtlu foka żgħira (sea lion).
Hija kienet qed timxi mal-bajja Crimond fl-Ingilterra flimkien mal-kelb tagħha meta lemħet din ix-xena makabra. It-tfajla spjegat li dawn il-grupp ta’ żgħażagħ bdew jittorturaw lil din il-kreatura biex joqtluha. Sarah marret twaqqafhom milli jkomplu jagħmlu dan, u li jekk ma kienux se jiefqu kienet se tagħmel rapport lill-Pulizija, iżda fil-pront ġuvni minnhom ta xebgħa.
Anke wara li hija qalgħet daqqa, il-mara rnexxielha ċċempel lil RSPCA, biex isalvaw lil din il-kreatura. Huma marru fuq il-bajja biex jagħtu l-ewwel għajnuna tagħhom u b’xorti tajba ġiet salvata.
It-tfajla stqarret li hija mhux inkwetata fuqha nnifisha iżda hija kuntenta li rnexxielha ssalva lil din il-foka tat-twelid.