Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-annimali kkonfiska numru ta’ klieb minn ġewwa residenza privata fiż-Żejtun. Dawn il-klieb instabu fi stat ta’ saħħa ħażina ħafna b’uħud minnhom saħansitra tilfu d-dawl t’għajnejhom minħabba nuqqas ta’ kura medika. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-intervent sar għall-ħabta tal-10:30 tat-tlieta filgħodu. Preżenti wkoll kien hemm numru ta’ Pulizija mill-għassa taż-Żejtun.
Ir-razzez tal-klieb huma King Charles, Chow Chow u Shi Tsu.