Fit-tieni partita tal-Ħadd fl-Stadium Nazzjonali, Mosta irritornaw lura għar-rebħa meta għelbu lill-Gudja United bl-iskor ta’ 1-0, bit-tim ta’ Gudja għadom qed jfittxu l-ewwel rebħa stagjonali tagħhom.
L-ewwel azzjoni fil-partita waslet wara erba minuti meta kien Armen Hovhaniasyan li kellu xutt li għadda ftit barra.
Mosta fetħu l-iskor sitt minuti wara, meta kienu mogħtija penalty hekk kif l-goalkeeper Spiteri waqqa lil Zachary Brincat fil-kaxxa, bir-referi Farrugia Cann jordna penalty. Mill-11 il-metru x-xutt ta’ Brincat ġie salvat mill-goalkeeper Spiteri imma mir-rebound kien Armen Hovhannisyan li tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fil-25 minuta reġgħu Mosta permezz ta’ Armen Hovhannisyan li kellu x-xutt mid-distanza tiegħu mdawwar f’corner, biex mil-corner sussegwenti kien xutt mill-viċin ta’ Christian Ndubuisi Nnaji li kien imblukkat mil-goalkeeper.
Tlett minuti minn tmiem l-ewwel taqsima waslet l-ewwel azzjoni ta’ Gudja, meta minn azzjoni ta’ korner l-ballun spiċċa għand Rodrigue Nanitelamio li mill-vicin ix-xuttja barra.
Fit-52 minuta kienu Mosta, fejn minn kross is-sostitut Henry Nwoga kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun salvat b’diffikulta mill-goalkeeper ta’ Gudja. Mas-siegħa logħob wieġbu Gudja, meta kien Stephen Akomeah li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat mill-goalkeeeper Udok Akpan. Gudja komplew jafsu u fil-67 minuta Mattias Muchardi temm azzjoni personali b’xutt li kien salvat minn Akpan.
Kwarta mit-tmiem u kienu Mosta permezz ta’ Henry Nwoga li wara ħarba minn kważi nofs grawnd baqa javvanza u wiċċ imbwiċċ mal-goalkeeper sostitut ta’ Gudja James Pisani, dan tal-aħħar dawwarlu f’corner.
Ħames minuti mit-tmiem u reġgħa kien Henry Nwoga li tilef ċans tad-deheb hekk kif wara li dar mal-goalkeeper avversarju, tefgħa’ l-ballun barra.
Referee: – Trustin Farrugia Cann.
BOV Plejer tal-partita : Armen Hovhannisyan (Mosta)