Spiċċat mgħajjra u vvitimiżatta.
Omm ta’ tifel li waqa’ f’pajsagg tal-ilma f’zoo Amerikan, fejn spicca wicc imb’wicc ma’ gurilla li kaxkar lit-tifel diversi metri. Kawża ta’ dan uffiċjali taz-zoo qatlu lill-gurilla ta’ 17-il sena, imsemmi Harambe, permezz ta’ tiri t’arma tan-nar.
Il-gurilla nqatel għaliex beżgħu li seta’ jwegga’ lit-tifel seta’ serjament. Dan l-aġir iżda wassal għal stmerrija fuq is-siti soċjali, b’ħafna jikkundannaw l’omm it-tifel li ma kinitx responsabbli biżżejjed biex binha spiċċa fejn il-gorilla.
Wara l-inċident, Michelle Gregg kitbet fuq sit soċjali li inċidenti jiġru u rringrazzjat lil dawk il-persuni li taw l-ewwel għajnuna. Iżda dan il-kumment ma ntlaqax tajjeb min-numru ta’ persuni. Wħud jgħidu li kieku l-omm ħadet ħsieb lil binha, inċident bħal dan ma kienx iseħħ, oħrajn qalu li ma kienx hemm għalfejn jinqatel il-gurilla ghaliex Harambe ma kienx vjolenti mat-tifel.
Saħansitra madwar 200,000 persuna ffirmaw petizzjoni onlajn jipprotestaw kontra l-qtil ta’ Harambe. Intant id-direttur li jmexxi z-zoo ddefenda d-deċiżjoni tal-qtil tal-annimal u sostna illi li kieku użaw xi tip ta’ kalmanti biex jimmansawh, il-probabbilità kbira kienet li dawn ma jaħdmux immedjatament.