Il-Ġimgħa kompliet tinstema’ x-xhieda f’kawża kriminali kontra Daniel Xuereb wara li dan tal-aħħar sarlu rapport kriminali fil-konfront tiegħu mill-Pastor Gordon Manche tar-River of Love.
Xuereb li huwa artist komiku kien sarlu r-rapport minn Manche wara li dan tal-aħħar ħassu offiż b’ċajta li kien għamel.
Waqt li bdiet tinstema’ x-xhieda, Xuereb insista li ċ-ċajta kienet intiża biex iddaħħak u mhux biex tinċità l-vjolenza.
Is-satiriku Matthew Bonanno u Sean Buhagiar minn Teatru Malta wkoll qed jaffaċċjaw azzjoni legali.
Fix-xhieda tiegħu Gordon Manchè sostna li huwa ħassu aggravat għax il-filmat ta’ Xuereb qal li kellu gideb, odju u inċitament għal agressjoni kontrih u kontra familtu. Tenna li ħassu fil-periklu.