Id-direttur artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar, huwa t-tielet artist li qed jaffaċja rapport kriminali mressaq kontrih minn Gordon Manché tar-River of Love.
Manché irrapporta lil Buhagiar lill-Pulizija wara li ħass li offendieh fuq il-midja soċjali.
Fl-argument li għamel fuq l-mezzi soċjali, Buhagiar qal li s-satira lokali għandha tkun mħarsa, filwaqt li wera appoġġ lejn l-artist komiku Daniel Xuereb u s-satirista Matt Bonanno, li wkoll ġew irrapportati lill-Pulizija minn Manché.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri rreaġixxa onlajn billi qal li filwaqt li jifhem li l-Pulizija qed twettq ħidmietha billi tikkonsidra r-rapporti li jsiru, estremisti m’għandhomx jitħallew joħonqu l-libertà tal-ħsieb. Qal li flimkien mal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici, se jkun qed jara jistgħux isiru bidliet leġiżlattivi.
Aqra Aktar: