Il-kumpanija Google ħabbret li għamlet restrizzjonijiet fuq il-midja Russa fosthom fuq il-kamra tal-aħbarijiet tal-istat l-RT.
Google qed tipprojbixxi lill-kmamar tal-aħbarijiet Russi milli jirċievu flus għal riklami fuq is-siti online, l-apps u anke l-filmati li jittellgħu fuq YouTube.
Dan filwaqt li ma jistgħux jixtru spazju għal riklami fuq xi servizzi ta’ Google.
Kelliem għall-kumpanija qal li qed isegwu dak li qed jiġri fl-Ukrajna.
Huwa tenna li jekk ikun hemm bżonn jieħdu aktar passi fejn ikun meħtieġ.
ARA WKOLL: