L-eks deputat tal-Partit Nazzjonalista, l-avukat Franco Debono, ikkonferma fuq il-profil tiegħu ta’ facebook li Lawrence Gonzi għadu jiġbed l-ispag fil-Partit Nazzjonalista.
Li l-fazzjoni ta’ Lawrence Gonzi, il-blue heroes u oħrajn għadhom jiddettaw dak li jiġri fil-Partit Nazzjonalista huwa fatt magħruf. Fil-fatt min joħodha mal-establishment ftit iġibha żewġ.
Iżda, issa anke Franco Debono qed jikkonferma s-sehem ta’ Gonzi iswed fuq l-abjad.
F’messaġġ b’sinjali ċari diretti lejn Gonzi u dak li jista’ jkun qed jiġri minn wara l-kwinti, Debono kiteb: “Tajjeb li n-nies ikunu jafu li għadek tiġbed l-ispag u tkisser l-partit. Ħafna jaħsbu li dak passat ghax ma jafux li għadu jgerrem u jxewwex minn wara l-kwinti.Aħna ta’ twemmin Nazzjonalista però aħna kontra l-mibegħda.”
Debono nsista li lill-poplu lil Gonzi ma jaħfirlux għax hu “missier l-mibegħda politika bħal ma zijuh kien missier l-mibegħda reliġjuza.”
Hawn Franco Debono qal li Gonzi qed jistaħba wara qdusija falza u wara erba’ għomja li għadom jappoġġjawh biex ikompli jagħmel l-ħsara minn wara l-kwinti.
“Gonzi, oqgħod hu pjaċir bil-mibegħda fl-istonku. Ghalekk l-poplu lilek ma jahfirlekx !
Jien ghax twajjeb ilni li ħfirtlek. Pero’ daqsekk se tkompli tagħmel ħsara lil pajjiż. Issa l-maskri waqgħu,” kiteb Franco Debono.