Aktar minn 3,000 metru kwadru ta’ ġnien f’żona ta’ konservazzjoni urbana fil-Pietà u numru ta’ djar fi Strada Stretta ingħataw protezzjoni għolja mill-Awtorità tal-Ippjannar.
Fi stqarrija ntqal li l-Awtorità poġġiet dawn il-postijiet fi grad wieħed u tnejn.
Dan sar wara kollaborazzjoni mas-Sovraintendenza għall-wirt kulturali.
Il-ġonna viċin il-knisja tal-Madonna ta’ Lourdes ingħataw protezzjoni għaliex huma parti mill-karatteristiċi tal-qalba tar-raħal.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li b’din l-ordni qed tipproteġi iżjed spazji miftuħa.
Intant id-djar fi Strade Stretta llum huma l-Ministeru għall-Intern u kienu nbnew mil-lingwa ta’ Provence fi żmien il-Kavallieri fl-1787.