Il-plejer żagħżugħ Noah Gratil rebaħ it-Takomo Handicap Challenge wara li spiċċa fl-ewwel post u kien l-iktar wieħed preċiż fit-turnew li sar fil-korsa tal-Marsa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Gratil ġie qabel Ingo Sausmekat u Steve Patterson f’wirja mill-aqwa li ta u li turi l-potenzjal tiegħu minkejja li għad għandu 17-il sena.
Sadanittant saret ukoll kompetizzjoni oħra bl-isem ta’ Takomo 36 fejn kien William Lovquist li ħareġ rebbieħ u li ġie qabel Peter Naudi u Peter Gable.
Dan l-avveniment ġie organizzat mir-Royal Malta Golf Club u kien ikkaratterizzat minn temp sabiħ tul il-jiem li kien għaddej.
Fi tmiem l-attivita’ il-kaptan tar-Royal Malta Golf Club Stewart Davies flimkien mar-rappreżentant tad-ditta Takomo Toni Westerholm ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.