Għat-tieni sena konsekuttiva, it-team nazzjonali malti tal-Golf reġa’ wasal sal-finali tal-European Men’s Team Shield Championship.
It-team kompost mill-plejers Andy Borg, Ruud Critien, JJ Micallef u Laurens Schulze Doering qed jieħu sehem fit-tmien edizzjoni ta’ dawn il-kampjonati u li qed isiru l-Ungerija. Kampjonati organizzati mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Golf. It-team amlti huwa mmexxi mill-kowċ Justin Waksh, filwaqt li l-president tal-Assoċjazzjoni Maltija Golf William Beck jinsab magħhom bħala parti mill-kontinġent.
Mill-2016 ‘l hawn Malta dejjem spiċċat mal-ewwel tlieta f’dawn il-kampjonati. B’kollox it-team malti rebaħ erba’ darbiet il-bronż u darbtejn il-fidda. Is-sena l-oħra Malta spiċċat it-tieni.
Apparti Malta fil-kampjonati ta’ din is-sena kienu qed jieħdu sehem: l-Albanija, Ċipru, Greċja, Ungerija, Kazakhstan, Liechtenstein, Lussemburgu, Rumanija Serbja, Turkey u Ukraine.
Fil-finali li se ssir is-Sibt wara nofs-in nhar Malta tilgħab kontra l-Greċja.