Godfrey Leone Ganado, esponent li jappoġġja bi sħiħ lil Bernard Grech, lill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u lill-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice, qed jiġi investigat mill-Pulizija b’rabta ma’ insulti fil-konfront tal-ġurnalista Norma Saliba.
ONE News hu infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga lil Leone Ganado b’rabta mal-kummenti mhux xierqa li kiteb fuq Facebook fil-jum tal-Ħadd.
Dan wara li ntbagħtu domandi lill-pulizija dwar dan il-każ.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda waqt li l-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali Norma Saliba kienet qed tintervista u ssaqsi l-mistoqsijiet tagħha lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, Godfrey Leone Ganado nfexx jgħajjar kliem dispreġjattivi lil Saliba.
“Norma, qatt smajt bil-kelma prostituta politika?”, staqsa Ganado.
“Jekk le, ħares lejn il-mera u tkun taf”, żied jgħid Ganado, li ftit tax-xhur ilu, il-Qorti żammitu responsabbli ta’ kliem dispreġjattiv u malafamanti fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar.