Godfrey Farrugia rriżenja minn mexxej tal-Partit Demokratiku.
F’filmat fuq Facebook li ttieħed waqt intervista, Farrugia spjega kif hu flimkien mal-Eżekuttiv tal-Partit se jkunu qed jirriżenjaw ġaladarba joħorġu r-riżultati tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Temm billi qal li ssa se jkun qed iħares ‘il quddiem.
Il-Partit Demokratiku kiseb 5,276 b’Farruġia kiseb 1,668.