Il-Ġimgħa filgħaxija fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali bdiet tintlagħab is-sittax l-ġurnata tal-Kampjonat Premier fejn iltaqgħu Vallatta u Birkirkara b’dawn tal-aħħar jirbħu 1 – 0 b’goal lejn it-tmiem.
Wara bidu kwiet fil-partita b’ħafna logħob f’nofs l-grawnd, waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota’ fit-33 minuta meta wara azzjoni ta’ corner għat-tim ta’ Birkirkara, l-ballun kien klejrat mid-difiża, spiċċa għand Andrea Zammit li tefa’ kross fil-kaxxa li ma kien milħuq minn ħadd, bil-ballun jibqa sejjer barra u l-azzjoni sfumat fix-xejn.
Fis-37 minuta mill-ġdid Birkirkara meta kien Edward Sarpong b’azzjoni personali żda kellu xutt mid-distanza salva tajjeb mill-goalkeeper Alessandro Guarnone.
Tlett minuti wara u jkomplu jattakkaw l-stripes meta kien Kurt Zammit li b’cross shot minn tarf l-kaxxa, bil-ballun jiġi salvat minn Guarnone bl-għajnuna tal-lasta.
Lejn tmien l-ewwel taqsima kien hemm xutt minn tarf l-kaxxa ta’ Alessandro Coppola li għadda għoli u ftit wara corner għal Birkirkara mogħti minn Neil Micallef, bid-daqqa ta’ ras ta’ Maxuell Maia ma sarfet fl-ebda periklu.
Wara ħdax il-minuta fit-tieni taqsima jattakkaw Valletta meta kien Victor Luiz Prestes Filho li temm l-ġirja tiegħu b’cross fil-baxx, b’Shaun Dimech jixxutja, iżda kienet d-difiża Karkariża li irnexxila itajjar l-periklu qabel.
Fis-sittin minuta wieġbu Birkirkara b’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Andrea Zammit li għadda barra. Seba minuti wara free-kick dirett ta’ Maxuell Maia li għadda kemm kemm għoli.
Valletta jirrispondu b’free-kick ieħor fil-70 minuta ta’ Shaun Dimech li għadda tul l-lasta u ntemm barra.
Hekk kif kollox deher li l-partita kienet ser tispicca fid-draw ta’ mingħajr goals, fil-ħin miżjud Birkirkara irnexxilom isibu x-xibka meta minn corner ta’ Neil Micallef Alessandro Coppola b’konklużjoni mill-viċin xeħet l-ballun fix-xibka, minkejja l-sforzi tad-difiża beltija li provat is-salva minfuq il-linja tal-goal.
Referee: Matthew Degabrielle
BOV Plejer tal-partita: Ali Diakite (Birkirkara FC)