Il-kumpanija GO irreaġixxiet għal dak li qal Saviour Balzan, ċioe li ngħataw dettalji personali tiegħu minnhom u mill-Vodafone.
Qalet li l-kumpanija tieħu każijiet bħal dawn b’serjetà kbira u li hemm numru ta’ sistemi u proċessi maħsuba apposta biex il-privatezza tkun imħarsa. Tant hu hekk li tnediet investigazzjoni intenra immedjatament u m’hemm ebda indikazzjoni li l-privatezza tal-klijent kienet fil-periklu.
GO qalet li tikkollabora dejjem mal-awtoritajiet relevanti fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ksur ta’ pirvatezza tal-informazzjoni.
Vodafone qalet li diġà bdiet investigazzjoni interna u li se tkun qed tikkopera mal-awtoritajiet