Minkejja l-isfidi tal-pandemija, il-kumpanija GO ħabbret riżultati finanzjarji b’saħħithom għas-sena 2020, tant li laħqet il-miri tagħha u rreġistrat profitt qabel it-taxxa ta’ kważi €21 miljun.
Waqt il-laqgħa ġenerali annwali, iċ-Chairman tal-kumpanija sostna kif is-sena 2020 kienet wirja ċara ta’ kif in-negozji kellhom jieħdu azzjoni immedjata u jkunu innovattivi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-grupp saħaq kif b’dawn ir-riżultati, il-kumpanija kienet f’pożizzjoni li tinvesti mat-€68, jiġifieri 19–il miljun iżjed mis-sena ta’ qabel.
Il-kumpanija ħadmet ukoll fuq il-miri ambjentali tagħha biex se tnaqqas l-emissjonijiet b’21% sal-2024, u bi 42% sas-sena 2029.
Go ħabbret ukoll li permezz tal-investiment tagħha fit-tielet cable taħt il-baħar, Malta se jkollha konnessjoni diretta ma’ Franza u l-Eġittu, u se ttejjeb il-konnettività ta’ pajjiżna.